Logo: European Photo Competition For Diversity.

Language chooser

Please choose your language

To see the winners click  here!

l-opinjoni tiegħek. Il-perspettiva tiegħek. Ir-ritratt tiegħek.

Lesti l-kamera tar-ritratti u ħu ritratt li jagħmel dikjarazzjoni kreattiva favur id-diversita` u kontra d-diskriminazzjoni. Ara x-xogħol tiegħek ippubblikat fuq powsters u ‘flyers’ madwar l-UE.

Ipparteċipa fil-Konkors Fotografiku Ewropew u irbaħ € 3,000 għalik u € 3,000 għall-universita` jew skola tiegħek. It-tieni finalist se jirċievi € 2,000 waqt li s-sottomissjoni li tiġi fit-tielet post tirċievi € 1,000. L-aqwa sottomissjonijiet ser jagħmlu parti minn esibizzjoni li ser tivvjaġġa madwar l-Ewropa.

Il-Konkors

Il-kampanja ta’ informazzjoni ta’ l-UE ‘Ngħożżu d-Diversita`. Diskriminazzjoni Qatt’ qed tistieden studenti tal-fotografija, l-arti u d-disinn minn madwar l-UE biex jagħmlu dikjarazzjoni kreattiva favur id-diversita` billi jipparteċipaw fil-Konkors Fotografiku “Breaking Stereotypes”. L-istudenti qed jintalbu li joħolqu ritratt jew ġabra ta’ ritratti li jippromwovu d-diversita` u li jappellaw għal udjenza żagħżugħa.

Ġurija internazzjonali ta’ fotografi, artisti żgħażagħ u esperti magħrufa fil-qasam tad-disinn u l-kommunikazzjoni ser jagħżlu l-aħjar ritratti. Il-kontribuzzjonijiet se jkunu ġġudikati skond il-kreattivita` u l-oriġinalita` tagħhom, kif ukoll skond l-appell universali Ewropew. Aqra aktar…

Min jista’ jieħu sehem?

Il-konkors hu miftuħ għall-istudenti tal-fotografija, l-arti, id-disinn grafiku, id-disinn tal-kommunikazzjoni, id-disinn viżwali, id-disinn ta’ l-istampa u dixxiplini oħra relatati. Il-parteċipanti jeħtieġu li jkunu reġistrati ma’ akkademja, universita` jew kulleġġ f’wieħed mis-27 Stati Membri ta’ l-UE. Sottomissjonijiet individwali kif ukoll ta’ tim, sa tliet studenti, huma permessi. Aqra aktar…

Irbaħ premjijiet b’valur ta’ € 9,000

Ir-rebbieħa fortunati se jingħataw premjijiet b’valur sa € 3,000. Barra minn dan, għall-appoġġ tagħhom, l-universita` jew kulleġġ fejn jattendi r-rebbieħ finali se tingħata € 3,000 biex tippromwovi t-talenti kreattivi jew tinvestihom f’apparat fl-iskola. L-aqwa 35 ritratt ser jagħmlu parti minn esibizzjoni fi Brussel, fejn wara jivvjaġġaw sa l-ibliet kapitali tat-tliet rebbieħa finali. Aqra aktar…

Kif tieħu sehem

Aqbad il-kamera tar-ritratti tiegħek jew l-apparat ta’ l-iskola tiegħek u mur fittex immaġni b’saħħitha. Ħossok liberu li tirranġa r-ritratt f’dak li hu kulur jew disinn, jew anki tpoġġi immaġni oħra flimkien.

Pero` ftakar, ir-ritratti kollha użati jridu jkunu tiegħek.

La darba d-disinn tiegħek hu ffurmat korrettament (aktar tagħrif hawnhekk) int lest biex tieħu sehem fil-konkors. Ibgħat kopja tar-ritratt fuq karta u għamel aplowd tad-dehra inizjali u r-ritratt oriġinali permezz tal-formola ta’ l-applikazzjoni.

Aqra r-regolamenti tal-konkors qabel ma tissottometti l-applikazzjoni tiegħek. Ritratti jiġu aċċettati sat-30 ta’ Ġunju 2007. NEW DEADLINE: July 31st 2007! Ma hemm ebda ħlas ta’ parteċipazzjoni. Aqra aktar…

Logo: An initiative of the European Union.


Logo: Breaking Stereotypes - Photo Competition. Logo: For Diversity - Against Discrimination. Logo: 2007 European Year of Equal Opportunities for All.